Sun, 31 Mar
|Blue Arena Open Theatre
TroffaĦamra - album launch "Weġgħat Żgħar"
Entrance: € 17.00
Time & Location
31 Mar 2024, 18:00 – 22:00
Blue Arena Open Theatre, 74 Sanctuary Street, Żabbar
About the event
TroffaĦamra, kantawtriċi Maltija li tgħix Barċellona, qed tippreżenta l-album il-ġdid tagħha, li jġib l-isem ta’ "Weġgħat Żgħar”, album b’mużika li tinstema` familjari imma b’elementi li ma tistenniex. Dan l-album ġie rrekordjat u prodott minn David Vella f’awwissu 2023 ġewwa t-Temple Studios u fih ikkollaboraw mużiċisti Maltin mill-aqwa. Il-kanzunetti, li huma kważi kollha bil-Malti, huma miktuba mill-ħarsa ta’ mara - u omm - li tgħix 'il bogħod minn pajjiżha, u jixtiequ jesprimu dawk il-weġgħat żgħar li dan kollu jġib miegħu. L-ambivalenza tal-maternità, il-mogħdija taż-żmien, id-distanza, il-firda u l-bidla, huma wħud mis-suġġetti li jesplora “Weġgħat Żgħar”.
It-tnedija ħa ssir fil-Blue Arena, fil-każin tal-blu Ħaż-Żabbar, fejn TroffaĦamra ħa ddoqq id-diski tal-album, akkumpanjata minn mużiċisti bravissimi. David Schembri, kantawtur u ħabib, ħa jiftaħ is-serata. Wara l-kunċert nieħdu drink u biċċa figolla fil-bar tal-każin (min irid iġib figolla biex naqsmu flimkien).
Mużiċisti:
TroffaĦamra - vuċi u kitarra
Żiżża - perkussjoni u ħsejjes
Michael Galea - drums u perkussjoni
Oliver Degabriele - baxx elettriku
Mario Borg - sax tenur
Javier Manzanares - kurunetta
Fiorella Camilleri - flawt
Mark Attard - keyboard
Franco Tartaglia - kitarra elettrika
Mariele Żammit - vuċi
Justin Galea - vuċi
Ixtri l-biljetti minn hawn